L-Avukat Brincat se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima t-Tnejn li ġej fil-Knisja ta’ San Publiju l-Furjana fid-9:15 a.m.
Għall-ħabta tat-8.30 a.m mistenni jgħaddi Korteo Funebri minn quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista b’turija ta’ rispett lejn l-eks Deputat tal-Partit Laburista.
L-aħbar tal-mewt tiegħu lbieraħ filgħodu rat il-midja soċjali mimlija b’bosta persuni jsellmu l-memorja tiegħu u jfakkru l-qalb tajba tiegħu.