Saturday, November 23, 2024

L-avukat tas-suldati jitlob il-konklużjonijiet tal-inkjesta

Aqra wkoll

L-Avukat Herman Mula talab lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali għall-konklużjoni tal-inkjesta li ħejja l-Maġistrat Joe Mifsud b’rabta mal-allegazzjonijiet li s-suldati tal-Forzi Armati ipperikolaw ħajjet numru ta’ immigranti.

Dr Mula, li huwa wieħed mill-14 li applikaw għall-kariga ta’ Kummissarju ta’ Pulizija, iddefenda lis-suldati mill-Iskwadra Marittima flimkien mal-GWU li wkoll assistiet lill-istess uffiċjali.

L-għaqda Repubblika, li talbet li ssir l-inkjesta, qalet li hija kienet sorpriża kif l-inkjesta tlestiet f’xahar madankollu mitlub minn dan il-ġurnal jikkummenta dwar dan l-Avukat Mula saħaq li ma tistax tikkritika xi ħaġa li ma tkunx rajtha.

Huwa semma kif l-ewwelnett trid tara kemm kellu esperti biex jgħinuh għax dan jagħmel differenza f’inkjesta u t-tieni trid tittieħed konsiderazzjoni wkoll tax-xogħol li jkun sar iktar milli taż-żmien li jkun ittieħed.

Is-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurta u tal-Infurzar tal-Liġi Theo Vella, ukoll irreaġixxa għall-kumment tal-għaqda Repubblika fejn iddeskrivih bħala tal-mistħija.

Vella sostna li huwa aktar huwa sorpriż il-poplu kif jeżistu dawn it-tip ta’ nies li flok jirringrazzjaw lis-suldati tagħna talli qed jagħmlu dak kollu possibbli biex iżommu pajjiż sikur jgħadduhom minn martirju u jippruvaw jittimbrawhom bħala kriminali.

Huwa wkoll saħaq li qabel wieħed jikkummenta għandu jara l-inkjesta u l-konklużjonijiet li joħorġu mill-evidenza li ġabar l-maġistrat wara li sema lil dawk kollha li setgħu jixħtu dawl fuq l-istess allegazzjoni.

Sport