Sunday, December 22, 2024

“L-Avveniment li għaddej minnhom pajjżna f’dawn il-jiem jirrikjedu rażan u kawtela”

- Il-President Myriam Spiteri Debono

Aqra wkoll

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono qalet li l-avvenimenti li għaddej minnhom pajjiżna f’dawn il-ġranet jirrikjedu rażan u kawtela. Fi stqarrija, il-President sostniet li żgur ma jsirx ġid jekk inħallu lsienna jiġri bina u l-emozzjonijiet jitilgħu għal rasna.

Hija tenniet li b’aġir bħal dan tittappan ir-raġuni. Il-President enfasizzat ukoll li hemm ħtieġa qawwija li ħadd ma jaqbeż il-limiti tal-prudenza u jeħtieġ li nħallu s-sitwazzjonijiet jimmaturaw. Fakkret kif il-liġijiet tagħna jipprovdu diversi rimedji għal min iħoss li jkun ġie inġurjat u jkunu saru xi preġudizzju fil-konfront
tiegħu jew tagħha.

“Dan jinkludi wkoll istanzi fejn individwu jew individwi jidhrilhom illi jkunu
ġew diskriminati, imċaħħda minn xi dritt jew addirittura jidhrilhom li proċessi ġudizzjarji li jolqtuhom kienu b’xi mod difettużi,” kompliet tgħid il-President.

“Dan iżda jirrikjedi illi l-istituzzjonijiet, partikolarment il-qrati u l-ġudikanti tagħha għandhom dejjem jitħallew jagħmlu xogħolhom fis-serenità.”
Il-President temmet tgħid li: “atmosfera serena u kalma hija ta’ benefiċċju wkoll għal dawk kollha involuti jew b’xi mod milquta.”

Ekonomija

Sport