Saturday, January 4, 2025

L-Avvenimenti l-aktar li spikkaw fl-2024 

... Jikteb Mario Fava

Aqra wkoll

Tul is-sena 2024, id-dinja għaddiet minn ħafna turbolenzi f’oqsma differenti li wħud ħallew impatt immedjat filwaqt li oħrajn jew għadna għaddejjin minnhom jew għad irridu nibdew inħossu l-impatt tagħhom. Segwenti huma uħud minn dawk l-avvenimenti li l-aktar li forsi spikkaw.

Kunflitti u Sitwazzjonijiet Politiċi

Il-kunflitt fl-Ukrajna baqa’ dominanti, bi żviluppi ta’ aggressjoni Russa u reazzjonijiet reċiproċi mill-pajjiżi tal-Punent. Il-komunità internazzjonali kompliet taħdem biex tiddefendi l-Ukrajna, bil-għajnuna militari u finanzjarja li tkopri l-bżonnijiet tal-pajjiż. Qed isir sforz ukoll biex jinstabu aktar fondi għall-programm ‘Re-building Ukraine’, li aktar ma jgħaddi żmien, jista’ jkun li numru ta’ pajjiżi jibdew iħossu l-effett u l-piż finanzjarju tiegħu.

Tensjonijiet fil-Lvant Nofsani

Is-sitwazzjoni fil-Libja u l-Iraq kompliet tkun instabbli, b’reazzjonijiet differenti lejn il-gvernijiet u l-movimenti militanti. L-istess jista’ jingħad għall-ġlied fil-Palestina fejn il-ġenoċidju tal-Iżrael baqa’ dominanti u ma jidhirx li se naraw tmiem għal din il-gwerra fil-futur qarib, minkejja l-isforzi li saru u qed isiru minn bnadi differenti.

Politika u Elezzjonijiet

Il-Militantiżmu u l-populiżmu reġgħu refgħu rashom f’għadd ta’ elezzjonijiet madwar l-Ewropa. Mhux b’inqas fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Dawn baqgħu prominenti f’numru ta’ pajjiżi. Din ix-xejra issa ilha fix-xena politika għal dawn l-aħħar għaxar snin u f’ċertu istanzi diġà bdejna naraw l-effetti ta’ dan, li ftit snin ilu konna nsejħulu fenomenu imma issa sar parti mill-elezzjonijiet ewlenin Ewropej.

Sitwazzjoni fi Franza: F’Diċembru seħħ dak li ħafna kienu qed jistennew wara l-mod li bih il-Prim Ministru Michel Barnier, għażel li japprova l-Budget ta’ pajjiżu. Dan wara vot ta’ sfiduċja li huwa tilef fil-kabinett, minkejja li kien ilu biss tliet xhur fil-kariga. Dan seħħ sitt xhur biss wara li l-President Emmanuel Macron kien xolja l-Assemblea, wara riżultati diżastużi għalih f’dawk l-elezzjonijiet. Elezzjonijiet li raw lil Franza tinqasam fi tliet partijiet; dawk tal-lemin estrem immexxija minn Marine Le Pen, il-partit Renaissance ta’ Macron u koalizzjoni tax-xellug u x-xellug estrem. Il-mossa ta’ Macron li jpoġġi lil Barnier bħala Prim Ministru kienet sorpriża għal xi wħud, anki minħabba li l-partit ta’ dan tal-aħħar, ftit kellu success fl-elezzjonijiet ta’ Ġunju li għadda. X’impatt dan kollu se jkollu fuq is-saħħa tal-lemin estrem għad irridu narawh fix-xhur li ġejjin.

Nofsinhar Asjatiku: Il-ġlieda għall-autosuffiċjenza u l-kontroll tal-enerġija hadet xejra oħra fejn Pajjiżi bhall-Indja u c-Cina bdew jaddottaw politiki ħodda u aktar aggressivi f’dan il-kuntest. Iċ-Ċina speċjalment, kompliet tagħmel passi ‘l quddiem fit-tekonolġija u l-manifattura ta’ prodotti tekonolġiċi ġodda li anki bdejna naraw fis-suq għall-ewwel darba fl-Ewropa. L-Istati Uniti jidher li mhux iżommu l-pass u tul l-2024 stajna nkomplu naraw id-dominanza taċ-Ċina f’dan is-settur.

Ambjent u Bidla Klimatika

Emerġenza Klimatika: In-nixfa u ġimgħat ta’ sħana eċċessiva, l-estrem ta’artijiet xotti u oħrajn magħrqa f’reġjuni differenti, bħal donnu reggħu fakkruna fuq l-impatti li tat-ibdil fil-klima. Il-kontroversji dwar it-tiġdid tal-enerġija u l-użu ta’ fossili rriżultaw f’appelli għal azzjoni iktar b’ritmu mgħaġġel. Dan ġie diskuss fit-tul ukoll waqt il-COP19 gewwa Baku, fejn mexxejja dinjija, għal darb’oħra tennew l-impenn tagħhom li jkomplu jieħdu miżuri sabiex iħarsu l-ħajjiet ta’mijiet ta’eluf ta’persuni milquta minn dan il-fenominu. Ix-xettiċiżmu dwar kemm se jintleħqu t-tragwardi maqbula, jibqgħu hemm, anki għaliex jidher li hemm mexxejja li qed iqanqlu dubji mhux biss dwar l-effett ekonomiku li dawn il-miżuri se jħallu imma wkoll kemm dawn se jkunu effettivi biex anki jonqos l-impatt ta’temperature estremi għoljin.

Teknoloġija u Innovazzjoni

Avvanzi fit-Teknoloġija: Il-progress fil-kumpaniji tal-inteliġenza artifiċjali, bi proġetti ġodda u innovattivi, wassal għal mudelli ġodda fil-politika tan-negozji. Diġa minn din is-ena bdejan naraw effetti serħan fuq softwares jew applikazzjonijiet, li saru jagħmlu parti aktar important fid-deċiżjonijiet li nieħdu. Dan minkejja li l-krizi tal-provvista ta’ ‘microchips’kompliet taffettwa l-industrija.

Privatness tad-Data: Il-kontroversji dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-utilizzazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali wasslu għal debatti u liġijiet ġodda f’pajjiżi differenti. Anki għaliex kultant min għandu l-flus x’jinvesti u li jista’ jixtri li jrid, qed jispiċċa b’poteri assoluti, anki jekk qatt ma jkun ikkandida ruhu għal xi elezzjoni ta’Gvern. Konferma ta’ dan huma nies bħal Elon Musk.

Saħħa Pubblika

Konsegwenzi tal-Pandemija: Il-bidu ta’ tnedija għall-istrateġiji aktar sodi fil-ġestjoni tal-pandemija reġa’ġie diskuss, speċjalment biex jiġi evitati r-riskji tal-mard għad-dinja.

Riżorsi tas-Saħħa: Il-ħtieġa għal riżorsi akbar fis-sistemi tas-saħħa, b’mod partikolari għall-prevenzjoni tal-mard infezzjuż u l-promozzjoni tas-saħħa mentali, ingħataw aktar attenzjoni. Madankollu, komplew id-diskussjonijiet li jnisslu dubji dwar il-kumpaniji li produċew it-tilqima għall-kontra l-‘Covid’, anki jekk s’issa ma jidher li nġiebu l-ebda evidenzi dwar dan.

Attivitajiet Kulturali

Attivitajiet kulturali, festivals, u avvenimenti reġjonali rebħu mill-ġdid l-appoġġ mill-pubbliku, peress li l-bdil tal-pandemija wassal lil ħafna li jfittxu esperjenzi soċjali u kulturali. Tul l-2024 komplejna nassistu għal aktar minn dawn l-avvenimenti fejn din is-sena kienet tista’ tgħid it-tieni sena sħiħa ħielsa mill-biża’ tal-pandemija.

Sport Internazzjonali: Il-logħob internazzjonali, b’mod partikolari l-Olimpjadi, offrew spettaklu anki fl-isfond tal-ħafna avvenimenti li kienu tħassru minħabba l-pandemija. Għamlu każi ta’ unjoni u kompetizzjoni globali, li mmarkaw suċċess għall-atleti.

Kriżijiet Soċjo-Ekonomiċi

Inflazzjoni Globali: L-inflazzjoni globali u l-kontroversji marbuta mal-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija komplew jiġu faċċjati minn bosta pajjiżi, bil-gvernijiet jaħdmu għal soluzzjonijiet biex jappoġġjaw l-intrapriżi u l-familji.

L-2024 kienet sena mimlija b’sfidi, bidliet, u opportunitajiet, b’numru ta’avvenimenti li ħassew li kellhom impatt kbir fuq il-pajjiżi madwar id-dinja. Il-kombinazzjoni tal-kriżijiet geopolitiċi, ambjentali, u ekonomiċi wasslu wkoll biex ikun hemm impenn u l-insegwiment aktar b’saħħtu għat-tfittix ta’ soluzzjonijiet globali.

Politika

Malta, bħall-pajjiżi l-oħra msieħba fl-Unjoni Ewropea, għaddiet minn elezzjoni tal-Parlament Ewropew, fejn il-partiti politiċi ffukaw l-attenzjoni tagħhom lejn kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, l-ekonomija lokali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Is-suċċess tal-Partit Laburista kellu l-effett mixtieq għat-tkomplija ta’ stabbilità politika lokali, li awtomatikament kellu impatt pożittiv ukoll fuq l-ekonomija tal-pajjiż. 

Ekonomija

L-ekonomija Maltija wriet sinjali ta’ reżiljenza mill-ġdid, bil-pajjiż jaħdem lejn il-mira ta’ sostenibilità ekonomika, b’ħafna investimenti fil-settur tal-ICT u t-turiżmu fost l-oħrajn.

Sfidi fil-Ħarsien Soċjali: Il-pressjoni għall-aħjar kundizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment fis-setturi tas-servizzi, kienet tema prominenti, bil-ħtieġa li jkun hemm pjattaformi ġodda għall-ħaddiema. Assistenja wkoll għal numru ta’ ftehimiet kollettivi, f’setturi differenti fosthom il-ħaddiema taċ-ċivil.

Ambjent

Malta kompliet taħdem fuq numru ta’ proġetti bit-tama li tilħaq l-għanijiet tagħha fir-rigward tal-emmissjonijiet mill-karbonju. Kompliet bil-ħidma wkoll sabiex ikollna t-tieni ‘interconnector’. 

Kultura

Malta assistiet u ħadet sehem f’diversi festivals tal-kultura, li dawwru l-attenzjoni lejn il-patrimonju lokali, l-arti, u l-mużika. 

Saħħa u Riżorsi

Malta introduċiet riformi fir-riżorsi tas-saħħa, b’fokus fuq it-titjib tas-servizzi u l-prevenzjoni tal-mard, inkluż żieda fil-fond għall-kura għas-saħħa mentali. Sar iffukar ukoll fuq il-bidu ta’ bini ta’ sptar ġdid ġewwa Għawdex kif ukoll it-tisħiħ fil-kura tat-trattament mill-kanċer.

Turiżmu

Wara l-effetti tal-pandemija, Malta ħadet passi biex terġa’ tiġġenera l-industrija tat-turiżmu, bil-promozzjoni tal-pajjiż bħala destinazzjoni mhux biss għas-Sajf imma wkoll għall-wirt nazzjonali, l-arti u l-kultura.

Innovazzjoni u Teknoloġija

Matul l-2024 rajna investimenti ġodda fl-industrija tal-Blockchain u l-intelliġenza artifiċjali. Dawn is-setturi huwa maħsuba li se jkollhom impatt pożittiv fuq l-ekonomija lokali.

Appoġġ għall-Start-ups: Politiki ġodda li jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u l-innovazzjoni fil-bidu ta’ ħolqien ta’ negozji ġodda.

L-2024 f’Malta kienet sena mimlija avvenimenti importanti, bil-ħafna sfidi u opportunitajiet fosthom relatati mal-OSCE, fejn pajjiżna ħareġ bl-unuri kollha. Sfidi li ġew affrontanti b’mod tajjeb ħafna. Il-kombinazzjoni ta’ bidliet fil-politika, l-ekonomija u l-ambjent se jkomplu jwasslu għall-bidla soċjali u fl-innovazzjoni lokali, li jkomplu jippromwovu sostenibbiltà u l-inklużjoni f’diversi setturi, li jsostnu l-futur tagħha.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport