It-Tnejn fil-kwartieri tal-UEFA f’Nyon, l-Isvizzera, ġew imtellgħin il-poloz tar-round tal-play-off tal- UEFA Conference League li fihom hemm involuti iż-żewġ timijiet Maltin, Hamrun Spartans u Gzira United, li nhar il-Ħamis jilagħbu l-ewwel leg mit-tielet round ta’ kwalifikazzjoni.
Il-poloz tal-play-off round jinvolvu liż-żewġ timijiet jekk huma jissuperaw it-tielet round fejn bħas-sena l-oħra l-Ispartans kienu għamluha biex resqu pass bogħod milli jkunu l-ewwel team li jgħaddi għall-fażi tal-gruppi.
Hamrun iridu jegħlbu lil Ferencvaros tal-Ungerija waqt li Gzira jridu jissuperaw lil Viktoria Plzen tar-Repubblika Ċeka.
L-avversarji tal-Ispartans jew Ferencvaros huma FK Zalgiris tal-Litwanja jew BK Hacken tal-Isvezja.
Min-naħa l-oħra jekk il-Maroons jew Viktaria Plzen jissuperaw it-tielet round l-avversarji tagħhom fil-play-offs ikunu FC Tobol Kostinay tal-Kazakhstan jew Derry City tal-Irlanda.
L-ebda wieħed mit-timijiet li jistgħu jiffaċċjaw lill-Maltin ma ġie Malta biex jilgħab f’dawn il-kompetizzjonijiet.
L-ewwel leg isir fl-24 ta’ Awissu u t-tieni fil-31 tax-xahar.