Tuneżija………. 0
Awstralja…….. 1
L-Awstralja daħlu biċ-ċans li jikkwalifikaw għar-round tal-Aħħar 16 meta għelbu lit-Tuneżija bl-iskor ta’ 1-0.
Kienet partita mill-aktar pjaċevoli fejn ir-rebħa setgħet marret kull naħa minħabba li ż-żewġ timijiet fallew bosta okkażjonijiet ta’ skor.
Iżda l-aktar mument importanti tal-logħba wasal fit-23 minuta meta l-Awstraljani skorjaw l-uniku goal tal-partita meta Mitchell Duke kkonkluda bir-ras mill-cross ta’ Craig Goodwin.
It-Tuneżini ppressaw biex jiksbu d-draw u resqu verament viċin minn Youssef Msakni u Wahbi Khazri iżda sabu lill-goalkeeper, Matthew Ryan, f’burdata mill- aqwa.
Min-naħa l-oħra, l-Awstraljani setgħu għalqu l- logħba iżda minn taħt il-lasti Mathew Leckie ma laqatx il-ballun mill-cross ta’ Kye Rowes.
Tuneżija: Aymen Dahmen, Montassar Talbi, Yassine Meriah, Dylan Bronn (Wajdi Kechrida 73), Ali Abdi, Aissa Laidouni (Wahbi Khazri 67), Ellyes Skhiri, Mohamed Drager (Ferjani Sassi 46), Youssef Msakni, Issam Jebali (Yassine Khenissi 73), Naim Sliti – Coach: Jalel Kadri
Awstralja: Matthew Ryan, Aziz Behich, Kye Rowles, Harry Souttar, Fran Karacic (Milos Degenek 75), Aaron Mooy, Riley McGree (Ajdin Hrustic 64), Jackson Irvine, Craig Goodwin (Awer Mabil 85), Mitchell Duke (Jamie Maclaren 64), Matthew Leckie (Keanu Baccus 85) – Coach: Graham Arnold
Referee: Daniel Siebert (Ġermanja)
Assistenti: Rafael Folty, Jan Seidel (Ġermanja)
Ammoniti: A. Laidouni, A. Abdi, F. Sassi (T)