Sunday, November 10, 2024

L-Awstralja se ssalva familji ta’ ġellieda tal-Istat Iżlamiku li jinsabu f’kampijiet fis-Sirja

Aqra wkoll

L-Awstralja jidher li se tkun qiegħda tintervjeni biex għexieren ta’ nisa u tfal Awstraljani ta’ ġellieda tal-Istat Iżlamiku jkunu meħlusa minn kapijiet ta’ refuġjati ġewwa s-Sirja. 

Min-naħa tiegħu l-gvern ma kkonfermax ir-rapporti li se jkun hemm ir-ripatrijazzjoni ta’  16-il mara u 42 tifel u tifla ta’ suldati tal-Istat Iżlamiku – uħud minnhom mejtin u oħrajn arrestati –  li ilhom tliet snin u nofs miżmuma f’kampijiet tar-refuġjati.

Il-Ministru għall-Ambjent Tanya Plibersek qalet mal-midja li hemm madwar 40 tifel u tifla Awstraljan jgħixu f’kampijiet fis-Sirja wara li ommijiethom kienu ġew imqarrqa u mġiegħla jiżżewġu lil ġellieda tal-Istat Iżlamiku meta kienu għadhom ta’ età żgħira. Hija tenniet li hu importanti li meta jiġu lura dawn it-tfal se jirċievu counselling partikolari. 

Min-naħa l-oħra l-oppożizzjoni qiegħda tqajjem tħassib dwar jekk dan hux ta’ theddida għas-sigurtà tal-pajjiż hekk kif jista’ jagħti l-każ li xi persuni jkunu ġew radikalizzati. Dwar dan il-Ministru tal-Intern Aws­traljana Clare O’Neil ma tat l-ebda kumment.  

Sport