Tuesday, December 24, 2024

L-Awstralja tibda tillaxka l-miżuri wara tnaqqis fil-każi ġodda reġistrati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-uffiċjali tal-istat ta’ Victoria ġewwa l-Awstralja qegħdin inaqqsu r-restrizzjonijiet kontra l-Covid-19 hekk kif l-infezzjonijiet qegħdin kulma jmur jonqsu. Dan qiegħed iseħħ wara 100 jum ta’ lockdown.

It-tnaqqis tar-restrizzjonijiet daħal fis-seħħ fl-aħħar sigħat fejn issa l-pubbliku issa jista’ jivvjaġġa iktar fil-bogħod u jiltaqa’ ma’ iktar nies mingħajr restrizzjonijiet ta’ ħin. Minkejja dan, baqgħu fis-seħħ restrizzjonijiet fuq ir-restoranti u ħwienet oħrajn hekk kif dawn jistgħu jaħdmu biss fuq sistema ta’ takeaway jew bit-twassil tal-prodotti fid-djar.

Il-belt ta’ Melbourne, li kienet ukoll taħt restrizzjonijiet stretti ħafna, ukoll se tkun qiegħda tillaxka l-miżuri. Fil-preżent huwa ppjanat li r-restrizzjonijiet se jkomplu jitneħħew fit-2 ta’ Novembru fejn se jkunu permessi li jiftħu iktar negozji u anke ġemgħat tal-pubbliku. Iżda minkejja dan, għadd ta’ sidien tan-negozji jinsabu mdejqa li huma ma jistgħux jiftħu, fost dawn hemm il- ħwienet tas-sbuħija.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison laqa’ din id-deċiżjoni li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet filwaqt li wera simpatija ma’ għadd ta’ sidien tan-negozji li qed jiġu affettwati.

Ekonomija

Sport