Monday, May 13, 2024

“GRAZZI! Ħalbiet tax-xita ma waqqfuhx milli jassigura li t-tfal ma jingirfux fi triqithom lejn l-iskola”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-reazzjonijiet pożittivi għall-Pulizija fil-komunità komplew jiżdiedu fl-aħħar sigħat. Ġenituri li qasmu l-esperjenza tat-tifel tagħhom fuq il-midja soċjali spjegaw dwar kif binhom ta’ sitt snin ntlaqat minn vettura hu u jaqsam minn fuq zebra crossing barra mill-iskola f’Pembroke.

Żiedu jgħidu li dalgħodu, minkejja ħalbiet tax-xita, uffiċjal tal-Pulizija kien preżenti biex jassigura li t-tfal jaqsmu b’mod sigur. Mhux biss, kif spiċċa minn xogħlu huwa mar iħabbtilhom id-dar u saħansitra mar jara lil binhom u miegħu ħadlu wkoll xi ħaġa biex jitrejjaq.

Huma temmew jgħidu li dawn l-uffiċjali qegħdin jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna u jixraqilhom kull rispett għad-dedikazzjoni tagħhom biex iżommuna siguri.

Sport