Tuesday, April 30, 2024

L-Awstraljan Jack Miller jiddomina l-Moto GP tal-Ġappun

Aqra wkoll

Jack Miller iddomina l-Moto GP tal-Ġappun iżda l-kollega tiegħu tad-Ducati Lenovo Team, Francesco Bagnaia, ħa skoss qawwi fit-tentattiv li jkompli jisfida għar-rebħ tat-titlu meta kien involut f’ħabta fl-aħħar dawra. 

‘Pecco’ kien f’battalja mal-Franċiż, Fabio Quartararo (Monster Energy Yamaha MotoGP) hekk kif sfortunament kellu aċċident bil-konsegwenza li ma setax ikompli biex Quartararo kompla jkabbar il-vantaġġ f’ras il-klassifika għal 18-il punt. 

Filwaqt li Bagnaia ma kiseb l-ebda punti, Quartaro kiseb tmien punti wara li temm fit-tmiem post. 

L-anqas l-Ispanjol, Aleix Espargaro (Aprilia Racing) li jinsab fit-tielet post, ma rnexxielu jikseb il-punti minħabba li kellu jirtira wara problema teknika.

Intant, l-Awstraljan Miller temm it-tiġrija f’ħin ta’ 42:29.174, segwit mis-Sud Afrikan, Brad Binder (Red Bull KTM Factory Racing) u l-Ispanjol Jorge Martin (Prima Pramac Racing).

Min-naħa tal-Ispanjol, Marc Marquez (Repsol Honda Team) li beda mill-ewwel pożizzjoni wara nuqqas ta’ kważi tliet snin, temm fir-raba’ post.

Klassifika (ta’ fuq): 219 – Fabio Quartararo, 201 – Francesco Bagnaia, 194 – Alexi Esparago, 170 – Enea Bastianini, 159 – Jack Miller.

Sport