Tuesday, April 30, 2024

L-Awstraljan Simon Clarke jirbaħ is-sitt stadju tat-Tour de France

Aqra wkoll

 L-Awstraljan Simon Clarke (I srael–Premier Tech) rebaħ il-ħames stadju tat-Tour de France li kien bejn Lille Metropole u Arenburg Porte du Hainaut fuq distanza ta’ 157 kilometru.

Huwa għeleb lill-Olandiż, Taco van der Hoorn (Intermarche–Wanty–Gobert Materiaux) bi frazzjoni ta’ sekonda hekk kif daħlu ras imb’ras u kienu segwiti min-Norveġiż, Edvald Boasson Hagen (Team TotalEnergies), li daħal żewġ sekondi warajhom, hekk kif il-ħin tar-rebbieħ kien dak ta’ 3 sigħat, 13-il minuta u 35 sekonda.  

Il-Belġjan, Wout van Aert (Team Jumbo–Visma) baqa’ l-leader tal-klassifika meta għandu ħin ta’ 16-il siegħa, 17-il minuta u 22 sekonda. 

Fit-tieni post jinsab l-Amerikan Neilson Powless (EF Education–EasyPost) b’distakk ta’ 13-il sekonda, segwti min-Norveġiz Hagen (14-il sekonda). 

Illum isir is-sitt stadju li jkun bejn il-belt Belġjana ta’ Binche u Longwy fuq distanza ta’ 220 kilometru.  

Sport