Sunday, December 22, 2024

L-Awstraljani jivvutaw “LE” f’referendum dwar vuċi indiġena fil-Parlament

Aqra wkoll

L-Awstralja ċaħdet il-pjan maħsub sabiex jingħataw aktar drittijiet lill-persuni indiġeni.

F’referendum, is-sitt stati kollha vvutaw “le” għall-proposta biex tinbidel il-kostituzzjoni biex ikunu rikonoxxuti ċittadini Indiġeni u jinħoloq korp konsultattiv għall-gvern.

Il-Prim Ministru Anthony Albanese fisser din it-telfa bħala waħda “iebsa”. Dan filwaqt li l-Kap tal-Oppożizzjoni Peter Dutton sostna li r-riżultat kien tajjeb għall-pajjiż. 

Ir-referendum, imsejjaħ “The Voice”, kien l-ewwel wieħed fl-Awstralja f’aktar minn kwart ta’ seklu. Dan ir-riżultati jħalli lil Albanese jfittex it-triq ‘il quddiem tal-viżjoni tiegħu għall-pajjiż mentri l-oppożizzjoni issa qiegħda tfittex li tikkapitalizza mir-rebħa tagħha.

Meta indirizza lin-nazzjon, il-Prim Ministru qal li huwa jirrispetta r-riżultat u “l-proċess demokratiku” li wassal għalih. Qal li: “Dan il-mument ta’ nuqqas ta’ qbil mhux se jifridna. M’aħniex il-votanti tal-IVA jew tal-LE, iżda aħna lkoll Awstraljani.”

Min-naħa l-oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Awstralja “ma kellhiex bżonn” tali vot. Qal li dak li rajna huwa l-Awstraljani fil-miljuni tagħhom jirrifjutaw ir-referendum “diviżiv tal-Prim Ministru.”

Ekonomija

Sport