Wednesday, July 24, 2024

Jirtira l-attur Michael Caine fl-età ta’ 90 sena

Aqra wkoll

L-attur veteran Ingliż Michael Caine, ikona ta’ Hollywood b’karriera mifruxa fuq għexieren ta’ snin mimlija suċċessi, is-Sibt li għadda ħabbar li qed jirtira fl-età ta’ 90 sena.

Ir-rebbieħ tal-Oscar ħabbar dan wara prestazzjoni oħra li ġiet imfaħħra ħafna fl-aħħar film tiegħu, The Great Escaper, li ħareġ fis-6 ta’ Ottubru li għadda. “Nibqa’ ngħid li se nirtira. Tabilħaqq, hekk għamilt issa,” Caine qal waqt il-programm BBC Radio 4’s Today.

Caine ħa sehem f’diversi films klassiċi li jvarjaw minn Zulu għal The Italian Job u aktar riċenti f’Interstellar u The Dark Side flimkien ma’ Christian Bale.

Ekonomija

Sport