Kulħadd kapaċi jasal fejn jixtieq u jaspira li jirrealizza l-ħolm tiegħu. Dan huwa l-messaġġ wara l-kanzunetta li qiegħda tinxtered fuq il-midja soċjali bil-għan li toħloq kuxjenza dwar l-awtiżmu.
“Kastell Maġiku” hija kanzunetta li tiddeskrivi d-dinja ta’ tifla ta’ 11-il sena u tfal oħra bħala bil-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Fl-età ta’ 11-il sena, Ella tiddeskrivi kif minkejja l-kundizzjoni tagħha hi tħossha sigura f’dan il-kastell li tiegħu hi r-Reġina.
Minkejja li għada daqsxejn ta’ tifla, Ella ssostni li fil-ħajja kulħadd għandu jkun kapaċi jasal u li tfal bħala mhux talli m’għandhomx isibu ostakli, iżda għandhom isibu l-ispalla li għandhom bżonn f’soċjetà aktar inklussiva.
Ara l-filmat mużikali ta’ Ella minn hawn taħt: