Sunday, May 19, 2024

Papa Franġisku joffri li jiltaqa’ ma’ Putin

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku ħabbar li offra biex imur jiltaqa’ mal-President Russu Vladimir Putin fir-Russja bil-għan li jiddiskutu l-gwerra Russo-Ukrajna. Madanakollu, jidher li s’issa ma ngħata l-ebda risposta mingħand Putin.

F’intervista li kellu mal-midja Taljana “Corriere della Sera”, il-Papa qal li 20 ġurnata wara li bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, huwa kien bagħat messaġġ lill-Kremlin.

Il-Papa ħabbar ukoll li riċentament kellu laqgħa virtwali mal-Mexxej tal-Knisja Ortodossa Russa, Patriarch Kirill. Mid-dehra, Kirill għamel nofs il-laqgħa jipprova jiġġustifika r-raġunijiet tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, skont ma’ qal il-Papa waqt l-intervista li saritlu mill-midja Taljana.

Sport