Wednesday, May 15, 2024

L-awtopsja mhix biżżejjed biex tikkonferma l-identità … stennija għar-riżultati tad-DNA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum saret l-awtopsja fuq ir-raġel li nstab mejjet f’għalqa f’Birżebbuġa nhar il-Ħamis filgħaxija.

Il-Pulizija kkonfermat li mill-awtopsja rrżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni u l-mewta ma tidhirx li hija waħda suspettuża.

Madankollu, minħabba li l-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, il-vittma għadu ma ġiex identifikat. Għalhekk l-analiżi forensiċi għadhom għaddejjin fejn l-investigaturi qegħdin jistennew ir-riżultat tat-testijiet tad-DNA biex tkun ikkonfermata l-identità tal-vittma.

L-istqarrija temmet tgħid li dawn ir-riżultati mistennija joħorġu fil-jiem illi ġejjin.

Sport