Monday, May 20, 2024

L-awtopsja tikkonferma li l-mewt ta’ Naya Rivera kien inċident

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-awtopsja li saret fuq il-katavru tal-attriċi ta’ Glee Naya Rivera rriżulta li hija mietet b’għarqa aċċidentali. Iċ-ċentru mediku ta’ Ventura qal li, “il-kawża tal-mewt hija għarqa u l-manjiera ta’ mewtha hija inċident”. 

L-attriċi ta’ 33 sena hija l-iktar magħrufa għall-irwol tagħha s-sensiela Glee fejn kienet tinterpreta l-karattru ta’ Santana Lopez. Hija kienet irrapportata nieqsa wara mawra li għamlet b’dgħajsa f’għadira ġewwa Califronia. Il-katavru ta’ Rivera nstab nhar it-Tnejn li għadda wara tfittxijiet estensivi li saru minn għaddasa professjonali. 

Hija kienet ilha rrapportata nieqsa minn nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa li għaddiet. 

Sport