Saturday, December 21, 2024

L-Awtorità tat-Turiżmu timmira li tattira turisti lejn siti storiċi militari

Aqra wkoll

L-Awtorità tat-Turiżmu permezz ta’ Visit Malta nediet il-kampanja “Military Tourism Segment” liema nedija saret fil-Kappella ta’ Sant’Anna fil-Forti Sant’Iermu fil-Belt.

Permezz ta’ din il-kampanja l-Awtorità tat-Turiżmu qed immira li tattira aktar turisti li jkunu interessati f’siti militari li hawn f’pajjiżna.

Waqt it-tnedija, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Carlo Micallef qal li din il-kampanja gġandha l-għan li twassal biex Malta jkollha aktar turisti li jiġu f’pajjiżna minħabba l-istorja li għandna.

Din il-kampanja qed issir b’kollaborazzjoni ma’ Heritage Malta u l-Commonwealth War Graves Association.

Ekonomija

Sport