Sunday, December 22, 2024

L-Awtoritajiet Russi jiddikjaraw il-mewt ta’ Navalny bħala misteru

... Il-katavru ma jinsabx fil-kamra mortwarja

Aqra wkoll

Hekk kif ir-Russja tinsab maħsuda bil-mewt ta’ Aleksei Navalny, il-politiku tal-oppożizzjoni li kien magħruf sew għall-kritika tiegħu fil-konfront tal-President Russu Vladimir Putin, l-awtoritajiet Russi qalu li dan l-avveniment jista’ jitqies bħala misteru.

Dan minħabba li l-ġisem bla ħajja ta’ Alexei, ma nstabx fil-kamra mortwarja. Aktar kmieni dalgħodu, l-avukati Navalny u ommu waslu fil-belt ta’ Salekhard u għamlu kuntatt mal-kamra mortwarja sabiex jaċċessaw il-ġisem tiegħu. Madankollu, skont kelliema tal-familja, irċivew ir-risposta li “il-ġisem ta’ Alexei mhux f’din il-kamra mortwarja.”

L-aħbar tal-mewt ta’ Navalny wasslet għal dimostrazzjonijiet madwar it-toroq fil-pajjiż, bl-awtoritajiet neħħu il-fjuri minn diversi siti ta’ kommemorazzjoni u arrestaw iktar minn 200 persuna f’diversi bliet, fosthom f’Moska.

Ekonomija

Sport