Wednesday, July 24, 2024

Nifs ġdid għal Sta Lucia

Aqra wkoll

Sta Lucia ……. 1

Naxxar L. …….0

Santa Lucia kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Naxxar Lions, b’din tkun it-tielet telfa nfila għal-Lions, biex b’hekk beda jberraq għalihom. Din kienet rebħa importanti għal Sta Lucia minħabba li tathom nifs ġdid fit-tentattiv għas-salvazzjoni.       

Kienu Santa Lucia li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta Daniel Letherby ittanta xortih permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa li ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar Lions, Matthias Debono.

Naxxar wieġbu żewġ minuti biss wara permezz ta’ xutt mid-distanza ta’ Edson Cerqueira Farias li ntemm għoli.

Il-Luċjani wieġbu fit-42 minuta permezz ta’ xutt insidjuż minn tarf il-kaxxa ta’ Fabian Santiago Moracci li iżda ntemm għoli.

Santa Lucia fetħu l-iskor fis-66 minuta permezz ta’ freekcik dirett mill-isbaħ ta’ EVANDRO PINTO GOMES li ma ta l-ebda cans lil Matthias Debono, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Il-partita kompliet ikkaratterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bil-Luċjani jkomplu jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

Sta Lucia: 12-Francisco Celio Da Paz, 3-Mattias Ellul, 6-Daniel Letherby (20-Gonzalo Nicolas Virano 88), 7-Steve Pisani, 15-Adam Bradshaw, 17-Jurgen Pisani, 18-Aleksa Mrdja, 21-Fabian Santiago Moracci (11-Lucas Sena Silva 93), 27-Alessio Piazza (33-Patrick De Oliveira Ramos 82), 55-Sven Xerri, 80-Evandro Pinto Gomes – Coach: Alessandro Zinnari

Naxxar L.: 1-Matthias Debono, 3-Nikolai MIcallef, 5-Fernando Barbosa Pereira, 8-Neil Pace Cocks (11-Daren Falzon 81), 9-Pablo Augusto Servo De Carvalho, 10-Edson Farias Cerqueira, 15-Ryan Gilmour Cassar, 17-Takuma Yamaguchi, 20-Elizeu Espirito Santo Da Conceicao, 22-William Marcilio Moreira Da Silva, 33-Joao Vitor Moura Cardoso (16-Robinson Blandon Rendon 74) – Coach: George Vella

Referee: Philip Farrugia

Ass. Referees: Jurgen Spiyeri, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

Skorers: E. Pinto Gomes 66 (SL)

Ammoniti: A. Bradshaw (SL), N. Pacw Cocks, T. Yamaguchi, J. V. Moura Cardoso (N)

Ekonomija

Sport