Friday, December 13, 2024

“L-azzjonijiet tar-Russja huma ħażen assolut”

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky, waqt id-diskors tiegħu ta’ kuljum fejn indirizza lill-poplu Ukren, iddefinixxa l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna bħala “ħażen assolut”.

Huwa kompla jgħid li l-Ukreni qed iħallsu “prezz għoli immens” fil-battalji kontinwi li qed iseħħu fir-reġjun tad-Donbas u li hija sitwazzjoni tal-biża’; iddeskrivihom bħala “Wħud mill-iktar battalji brutali li qatt seħħew fl-Ewropa għall-Ewropa stess”.

Zelensky, għal darb’oħra, reġa’ appella lill-pajjiżi tal-Punent sabiex jipprovdu iżjed armamenti lill-Ukreni li jkunu jistgħu jgħinuhom sabiex “Jiżguraw li l-poplu Ukren ikun fil-vantaġġ u eventwalment tintemm din it-tortura Russa fid-Donbas”.

Ekonomija

Sport