Monday, December 23, 2024

“L-booster qiegħed jagħti protezzjoni tajba għall-Omicron” – Il-Virologu Barbara

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Isostni li jeħtieġ li noqogħdu aktar attenti f’dawn il-jiem ta’ festi

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Professur Barbara kkonferma dak li ħabbar id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne rigward l-ewwel żewġ każi tal-varjant tal-Omicron f’pajjiżna.

L-ewwel każi globali ta’ dan il-varjant kien fit-22 ta’ Novembru li għadda u skont l-istudji li saru u l-każi ġodda reġistrati f’dawn l-aħħar ġimgħat. Barbara qal li dan huwa varjant li jista’ jittieħed ferm aktar malajr u għalhekk jeħtieġ li noqogħdu ferm aktar attenti f’dawn il-jiem ta’ festi.

Il-Virologu filwaqt li daħal f’ċertu dettall dwar dan il-varjant tkellem dwar il-karatteristiċi li qegħdin iħassbu l-awtoritajiet tas-saħħa dwaru. Barbara tkellem dwar il-gravità tal-virus li s’issa jidher li mhijiex daqstant inkwetanti, il-problema li dan il-virus jinfirex daqstant malajr u l-fatt li dan il-varjant kapaċi wkoll jaħrab ukoll ċertu immunità. Huwa qal li skont studji li qegħdin isiru jidher li l-booster qiegħed jgħin kontra din l-aħħar problema tal-varjant tal-Omicron hekk kif dan il-vaċċin qiegħed jgħin biex tinħoloq ċertu protezzjoni li żżid l-immunità li ssaħħet bl-ewwel żewġ dożi tal-vaċċin.

Ekonomija

Sport