Sunday, May 19, 2024

Rekord ta’ 733 każ ġdid; ifiqu 92

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 3,632.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 733 każ ġdid filwaqt li 92 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. Dan ifisser li pajjiżna rreġistra l-akbar ammont ta’ każi ġodda f’ġurnata sa mill-bidu tal-pandemija.

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 53, bi tlieta minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’  473 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa ma ġiet reġistrata l-ebda mewt marbuta mal-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,023,476 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 181,278 li huma dożi tal-booster.

Sport