L-E.T. Myriam Spiteri Debono, President ta’ Malta, kellha laqgħa ta’ korteżija mal-Ambaxxatriċi Francesca Camilleri Vettiger, fil-Palazz ta’ Sant’Anton.
Waqt il-laqgħa, l-E.T. Camilleri Vettiger tkellmet mal-President dwar il-ħatra ġdida tagħha bħala Ambaxxatriċi ta’ Malta għal Vjenna, u Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-OSCE, in-Nazzjonijiet Uniti u Organizzazzjonijiet Oħra bbażati fi Vjenna.

