Sunday, December 22, 2024

L-ebda direzzjoni mit-tmexxija tal-Korp biex tingħata għajnuna lil Iosif Galea

Jinstabu nuqqasijiet amministrattivi minn żewġ uffiċjali

Aqra wkoll

Fil-31 ta’ Mejju 2022, il-Kummissarju tal-Pulizija talab lill-Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija biex issir investigazzjoni fir-rigward ta’ European Arrest Warrant u Alert Document mill-Awtoritajiet Ġermaniżi f’isem Malti bl-isem ta’ Iosif Galea.

Il-Korp tal-Pulizija rċieva r-rapport tal-investigazzjoni mill-imsemmi bord dwar is-suġġett inkwistjoni, u kif imwiegħed, ippubblika l-konklużjonijiet tiegħu.

Il-Bord tmexxa mill-Imħallef Emeritus Franco Depasquale, bil-membri l-oħra jkunu l-Imħallef Emeritus Geoffrey Valenzia u l-Kaptan Reuben Lanfranco.

Dan il-Bord ikkonkluda, li kuntrarju għal dak li seta’ kien allegat, ma kien hemm l-ebda direzzjoni mit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija sabiex ikun hemm xi għajnuna lis-Sur Galea, filwaqt li sab nuqqasijiet amministrattivi minn żewġ uffiċjali.

Għalhekk il-Korp tal-Pulizija beda jevalwa r-rapport fl-intier tiegħu, u se jindirizza d-defiċenzi b’mod immedjat, filwaqt li jinsab kommess li jsaħħaħ l-istrutturi relatati mal-proċessi ta’ arresti fuq livell internazzjonali.

Ekonomija

Sport