Monday, May 20, 2024

L-Arċisqof jippretendi spjegazzjoni fil-parlament rigward il-mewt ta’ Loujin

Aqra wkoll

“Għandi l-għatx huma żewġ kelmiet li laqtuni ħafna”. Iddikjara dan l-Arċisqof Charles Scicluna waqt velja fejn fakkar il-kliem taċ-ċkejkna Loujin li mietet fi triqitha lejn l-Isptar f’Heraklion fi Kreta wara jiem bla ikel u bla ilma, bejn sema u ilma. 

Scicluna qal li t-tifla ma kellhiex biss għatx viżiku, iżda għatx għall-imħabba u jeħtieġ li bħala soċjetà nerfgħu r-responsabbiltà għax mhux biżżejjed li nistrieħu fuq il-fatt li l-Ewropa mhix tagħmel biżżejjed.

Huwa sostna li meta jintbagħad messaġġ ta’ SOS, għandha tintbagħad għajnuna mill-ewwel u li jekk dan ma jkunx possibbli għandna nawtorizzaw bastimenti fil-qrib biex jagħmlu d-dover.

L-Arċisqof qal li bħala soċjetà jeħtieġ li tingħata spjegazzjoni fil-parlament għaliex dan ma seħħx.

“Jekk il-politika tal-gvern hija li aħna nittarrxu għal din l-għajta ta’ ħutna, allura din hija politika tal-mistħija li ma tagħmlilnix ġieħ. Għalhekk aħna qegħdin hawn biex ngħidu mhux f’isimna u li nippretendu aħjar”, temm jgħid Scicluna.

Sport