Saturday, July 25, 2026
Home Barranin L-ebda evidenza medika li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fil-Finlandja wassal għal tixrid aktar...

L-ebda evidenza medika li l-ftuħ mill-ġdid tal-iskejjel fil-Finlandja wassal għal tixrid aktar mgħaġġel tal-virus

0
727

Il-Finlandja m’għandha l-ebda evidenza li t-tixrid tal-coronavirus seħħ b’mod aktar mgħaġġel mindu nfetħu l-iskejjel f’nofs Mejju. Qal dan l-ogħla uffiċjal tas-saħħa Finlandiż waqt konferenza tal-aħbarijiet.

“Iż-żmien mindu nfetħu l-iskejjel kien wieħed qasir, madankollu s’issa m’hemm xejn x’jindika li l-virus infirex b’rata aktar mgħaġġla,” qal Mika Salminen, id-direttur tas-sigurtà għas-saħħa.

Il-finlandja bdiet tiftaħl-iskejjel tagħha u d-daycare centres nhar l-14 ta’ Mejju wara li kienu ilhom magħluqin għal kważi xahrejn.