Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, bejn il-Ħadd u t-Tnejn ġew irreġistrati 33 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 39 oħra.
B’hekk l-ammont ta’ każi issa huwa ta’ 252.
It-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija baqgħu 799 wara li fl-aħħar sigħat ma kienx hemm rapporti ta’ mwiet relatati mal-virus.