Skont informazzjoni ppubblikata mill-awtoritajiet tas-saħħa, fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 115-il każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 95 persuna.
L-ammont ta’ każi attivi bħalissa huwa ta’ 1,430.
It-total tal-imwiet relatati mal-pandemija baqa’ 721 wara li fil-lejl ta’ bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma kinux irrappurtati li mietu persuni waqt li kienu pożittivi għall-virus.