Saturday, November 23, 2024

“L-ebda rispett għall-vittmi, u għall-frontliners li ta’ kuljum qed ipoġġu ħajjithom f’riskju”

Aqra wkoll

“L-ebda rispett għal min miet kaġun tal-virus, u għall-frontliners li ta’ kuljum qed ipoġġu ħajjithom f’riskju.” Hekk kitbilna qarrej b’reazzjoni għall-filmati u ritratti li ilhom jiċċirkolaw mill-bieraħ ta’ gruppi ta’ żgħażagħ jiżfnu u jiċċelebraw fi stabbiliment f’Tas-Sliema mingħajr ebda kas għal miżuri ta’ social distancing.

Il-“festin” seħħ sigħat wara li l-Prim Ministru ħabbar r-rilassament ta’ aktar miżuri li ddaħħlu fis-seħħ fil-ġimgħa u x-xhur li għaddew bil-għan li jikkontrollaw l-imxija tal-Covid-19.

B’reazzjoni għar-ritratti, ma naqsitx ukoll ir-reazzjoni ta’ partitarji tat-tim tal-futbol ta’ Floriana FC li filwaqt li xerrdu ritratti u filmati tal-festini f’Tas-Sliema talbu x’passi se jkunu qed jieħdu l-awtoritajiet fil-konfront ta’ min kiser id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Dan wara li lbieraħ il-Pulizija kkonfermat li kienet se tkun qed tressaq il-Qorti lil erba’ persuni, filwaqt li timmulta 43 persuna oħra b’rabta maċ-ċelebrazzjonijiet li żvolġew fuq il-Fosos wara li Floriana FC ġew dikjarati rebbieħa tal-kampjonat Premier.

Sport