Friday, December 13, 2024

L-ebda tagħrif dwar fejn intbagħtu l-immigranti u kemm intbagħtu

Aqra wkoll

Minn Victor Vella

Fl-aħħar jiem rajna kif ġrupp ta’  persuni jintbagħu lura lejn pajjiżhom. La ingħad kemm intbagħu persuni u lanqas lejn liema pajjiż. Inewsmalta staqsiet dwar dan lill-Ministeru tal-Intern. Staqsejnieh speċifikatament lejn liema pajjiż intbagħu u kemm intbagħtu.

Kelliem għal Ministeru qalilna li “m’hemmx aktar xi nżid mal-istqarrija li ħarġet nhar it-Tlieta”.  

Il-Ministeru qalilna ukoll li “l-ispejjeż relatati ma’ din l-operazzjoni, kif imsemmi fl-istess stqarrija, dawn ġew koperti minn fondi tal-Unjoni Ewropea ddedikati għar-ritorn mill-Fond għall-Ażil, Migrazzjoni u Integrazzjoni. Filwaqt li ma kien hemm l-ebda pajjiż ieħor involut f’din l-operazzjoni.”

Il-persuni li kienu deportati,  huma minn barra l-Ewropa u waslu f’Malta irregolarment bil-baħar fl-aħħar sentejn.

Huma ġew ritornati wara li l-proċess tal-ażil iddeċieda li ma kienx ħaqqhom protezzjoni u ma kienx hemm riskji għalihom jekk dawn jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.

Ekonomija

Sport