Il-Forzi Armata ta’ Malta, wara investigazzjoni interna minħabba numru ta’ rapporti li f’Lyster Barracks kien organizzat party fejn kien hemm is-sustanza tal-kokaina stabbilixxiet li dan mhux minnu. Dan ir-riżultat wara numru ta’ testijiet mediċi li saru fuq numru ta’ suldati, liema testijiet irriżultaw negattivi għad-droga kokaina.
L-AFM żidiet tgħid li l-unika suldat li rrifjuta li jagħmel it-test kien irrilaxxat mis-servizzi tiegħu. L-AFM innotat li xorta waħda se jkunu qed jittiedu passi dixxiplinarji fil-konfront ta’ individwi fid-dawl ta’ ċertu imġieba.