Friday, December 13, 2024

L-EBU tikkonferma li r-Renju Unit se jkun qed jospita l-Eurovision Song Contest 2023

Aqra wkoll

L-edizzjoni li jmiss tal-Eurovision Song Contest se ssir fir-Renju Unit. Dan tħabbar mill-European Broadcasting Union (EBU) u l-BBC fi stqarrija fejn intqal li l-Eurovision se jkun ospitat f’isem l-Ukrajna, ir-rebbieħa ta’ din is-sena.

Il-BBC ħabbret ukoll li l-Ukrajna se tkun qed tikkwalifika awtomatikament għas-serata finali mal-Big 5 li fosthom hemm ir-Renju Unit stess. 

Fi stqarrija għall-istampa li ġiet ippubblikata llum, ġie mħabbar li ttieħdet din id-deċiżjoni wara li sfortunatament ikkonkludew li ma kienx possibbli li jsir fl-Ukrajna stess minħabba sigurtà.

Għalhekk peress li r-Renju Unit kiseb it-tieni post ġie mistieden li jkun dan il-pajjiż stess li jospita is-67 edizzjoni.

Ekonomija

Sport