Sunday, December 22, 2024

“L-ECDC tirrakkomanda li t-tieni booster tingħata lill-individwi li għandhom ‘il fuq minn 60 sena jew li huma vulnerabbli”

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne

Aqra wkoll

F’mistoqsija li saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn ġie mitlub iwieġeb jekk hemmx pjanijiet li l-booster tingħata lil individwi taħt is-16-il sena, Fearne kkjarifika li l-booster offrewh lill-Maltin u l-Għawdxin kollha. Huwa kompla jispjega li hemm madwar 85% tar-residenti Maltin u Għawdxin li ħadu l-ewwel booster.

Min-naħa l-oħra, Fearne kompla jgħid li bħalissa qed tiġi offruta t-tieni boster lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 65 sena u li sa issa skont r-rakkomandazzjoni mogħtija mill-ECDC, it-tieni booster għandha tingħata lil dawk li għandhom ‘il fuq minn 60 sena jew li huma vulnerabbli.

Fearne sostna li sa issa l-ECDC qed tisħaq li bis-sitwazzjoni preżenti u bit-tip ta’ varjanti li hawn, ma jidhirx li hu ta’ benefiċċju li nies t’inqas minn 60 sena jingħataw it-tieni booster. Però huwa m’eskludiex li din ir-rakkomandazzjoni tista’ tinbidel f’każ li jkun hemm xi żvilupp.

Ekonomija

Sport