Sunday, May 5, 2024

Bħalissa hemm 18-il persuna l-isptar bil-Covid-19 … tnejn minnhom l-ITU

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne

Aqra wkoll

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, meta mistoqsi mit-Times dwar is-sitwazzjoni tal-Covid minħabba li qed jiġi stmat li Malta għandha l-ogħla rata fl-Ewropa, huwa spjega li l-każijiet niżlin u li n-numru ta’ pazjenti bil-Covid-19 fl-isptarijiet naqsu għal madwar 18-il persuna, bi tnejn minnhom fl-ITU.

Barra minn hekk, huwa ħa din l-okkażjoni sabiex jiġbed l-attenzjoni tat-Times kif ukoll tal-pubbliku illi fl-artiklu li ttella’ dalgħodu mit-Times saret assumption ħażina għaliex fl-artiklu ngħad li jekk iżżid ir-riżultat tas-self testing ma’ dawk li joħorġu mil-laboratorji akkreditati jew mil-laboratorji tal-Gvern, kieku r-rata tal-pożittività togħla. Fearne fisser li “Fil-verità, ir-rata tal-pożittività tiċkien u tiċkien sew”.

Fearne kompla jispjega li r-rata tal-pożittività hija kemm hemm pożittivi minn kemm saru testijiet. Huwa fisser li jekk taqbad grupp ta’ nies li kollha jidhru li għandhom il-Covid u tittestja lilhom biss, il-possibilità hi li se ssib rata għolja, filwaqt li jekk tittestja grupp sħiħ ta’ nies li m’għandhomx sintomi, se jseħħ bil-maqlub.

Fearne temm jgħid li issa l-laboratorji qed jittestjaw nies li x’aktarx għandhom sintomi tal-Covid jew għamlu self-test diġà u ġew pożittivi, u allura r-rata ta pożittività se tkun ogħla.

Sport