Thursday, April 18, 2024

L-EDUKAZZJONI HIJA Ċ-ĊAVETTA GĦAS-SUĊĊESS

Aqra wkoll

Għadna kif immarkajna ġurnata oħra importanti fil-proġett ‘The Guest Experience’ li ġie varat fl-2018 bil-għan li nilħqu aktar ħaddiema u studenti fl-industrija tat-Turiżmu u l-Ospitalità f’pajjiżna.

Dan huwa proġett importanti li permezz tiegħu offrejna taħriġ bxejn u issa iċċertifikajna madwar 300 student f’oqsma varji fl-ospitalità.

Dan kien proġett ieħor li kont involut mill-bidu nett nett tiegħu. Ninsab tassew sodisfatt li minn idea sar realtà bħal ħafna proġetti li ħlomt bihom tul dawn is-snin. Flimkien mal-ITS Malta u partners stabbiliti bħal MHRA u Universitajiet barranin bħal Paul Bocus u Haga Helia ħdimna biex żvilluppajna l-kontentut kollu ta’ dan it-taħrig. (https://theguestexperience.eu/)

Kif dejjem nisħaq u ngħid, l-edukazzjoni matul il-ħajja hija ċ-ċavetta għas-suċċess mhux biss fuq livell pesonali ta’ kull ħaddiem u individwu iżda wkoll għas-suċċess kontinwu u ekonomiku ta’ pajjizna.

Dan huwa proprju dak li nemmen fih u din hija l-filosofija li rridu nkompu nibnu fuqha.

Irrid nkomplu ngħinu lis-setturi kollha u lil ħaddiema kollha f’pajjiżna biex iwessgħu l-ħilijiet tagħhom u biex b’hekk jibqgħu koerenti ma’ sfidi u opportunitajiet matul ħajjithom.

Intemm billi ngħid li ‘The Guest Experience’ qed ikompli jilqa’ aktar studenti online f’dawn il-jiem sakemm fl-aħħar ta’ din is-sena ngħalqu dan il-proġett.

Ekonomija

Sport