Tuesday, December 24, 2024

L-Edukazzjoni hija ċ-ċavetta kontra l-vjolenza u d-diskriminazzjoni

Aqra wkoll

L-invesitmnet fl-edukazzjoni huwa essenzzjali sabiex jiġu miġġielda l-vjolenza u d-diskriminiazzjoni strutturali kontra n-nisa. Dan qaluh il-mexxejja lokali waqt il-laqgha plenarja tal-kumitat tar-regjuni li saret ftit tal-jiem ilu.

Propju ftit jiem wara l- Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza fuq in-Nisa, il-mexxejja lokali tal-Ewropa u l-MEPs reġgħu daħlu fid-dibattitu dwar l-urġenza biex tiġi miġġielda l-vjolenza sessista, li għandha konsegwenzi estensivi mhux biss fil-livell individwali iżda wkoll fil-livell tas-soċjetà.

Fis-sessjoni plenarja tad-29 ta’ Novembru tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR), il-mexxejja lokali adottaw opinjoni li tappella biex issir enfasi fuq l-indirizzar tal-kawżi fundamentali ta’ vjolenza bħal din, bħall-inugwaljanza bejn is-sessi u l-kostruzzjonijietkulturali jew soċjetali dannużi,u ħeġġew biex isir aktar investiment fil-prevenzjoni, l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni.

Il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet (VAWG) għadha fil-biċċa l-kbira mhux irrappurtata minħabba l-impunità, is-silenzju, l-istigma u l-mistħija madwarha. Minbarra t-tbatija individwali li ma tistax titwarrab, il-vjolenza kontra n-nisa (inkluża l-vjolenza minn sieħeb intimu) hija stmata li tiswa sa EUR 35 biljun fis-sena fl-UE fi spejjeż tas-saħħa u soċjali minħabba impatt fiżiku u emozzjonali (56 %), segwita mis-servizzi tal-ġustizzja kriminali (21 %) u l-produzzjoni ekonomika mitlufa (14 %).

Spejjeż oħra jistgħu jinkludu l-għajnuna għall-akkomodazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal (EIGE, 2021). Fl-Opinjoni dwar Inwaqqfu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru? il-bliet u r-reġjuni jmexxu t-triq minn Donatella Porzi, kunsilliera reġjonali fir-Reġjun tal-Umbria, il-membri tal-KtR jenfasizzaw ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-prevenzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u fil-protezzjoni, l-assistenza u l-appoġġ tal-vittmi fir-rwol tagħhom bħala fornituri tas-servizzi soċjali u tas-saħħa u l-pariri legali meħtieġa.

Huma jenfasizzaw ukoll l-urġenza li tiġi indirizzata l-vjolenza fil-kawżi ewlenin tagħha, bħall-inugwaljanza, il-limitazzjoni tal-kostruzzjonijiet kulturali u l-isterjotipi tas-sessi u li jiżdiedu l-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni dwar il-kwistjoni.

Il-Kumitat jappella wkoll għall-adozzjoni ta’ approċċ iċċentrat fuq il-vittmi u s-sensibilizzazzjoni tal-ewwel rispondenti. Ifakkar ukoll li peress li madwar terz biss tal-vittmi tar-rapport dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru bħal attakki, għandhom jiġu stabbiliti sistemi ta’ rappurtar aċċessibbli bħal linji telefoniċi għall-għajnuna biex jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu r-rappurtar, u informazzjoni multilingwi dwar id-drittijiet, il-passi li għandhom jittieħdu u l-protezzjoni u l-appoġġ disponibbli għandhom ikunu faċilment aċċessibbli.

Fl-aħħar nett, il-mexxejja lokali u reġjonali tal-UE jippromwovu wkoll il-protezzjoni tan-nisa u t-tfal migranti u refuġjati, peress li huma vulnerabbli ħafna għall-abbuż, il-ksur tad-drittijiet tagħhom u diversi forom ta’ vjolenza
Bħala prattika tajba, ir-rapporteur tirrakkomanda “perkors tal-vittmi” speċjali kif stabbilit pereżempju fit-Toskana (u fi Brussell), li jidderieġi lill-vittmi lejn perkors iddedikat għall-kura medika ta’ emerġenza, il-kenn u s-servizzi soċjali, filwaqt li jiżgura segwitu sensittiv għall-ġeneru u interkonnessjoni tas-servizzi tas-saħħa u soċjali mal-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni.

It-twaqqif tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru jeħtieġ approċċ olistiku li jinkludi azzjonijiet preventivi differenti, b’miżuri immedjati bħall-ħsieb mill-ġdid tad-disinn u t-trasport urban, iżda wkoll billi jiġu inklużi l-irġiel u jiġu miġġielda l-istandards distruttivi tal-maskili u l-isterjotipi sesswali u tal-ġeneru permezz tal-edukazzjoni u s-sensibilizzazzjoni.

L-Opinjoni tirrikonoxxi l-progress li sar mill-adozzjoni tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-2020 u l-importanza tal-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, magħrufa bħala l- Konvenzjoni ta’ Istanbul, u tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimplimentaw l-ibbaġitjar skont il-ġeneru bħala strument għat-titjib tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

Suċċess f’ekonomija bbażata fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi Ewropa għanja u soċjali tiddependi fuqna lkoll. In-nisa u l-irġiel fid-diversità kollha tagħhom jenħtieġ li jkollhom opportunitajiet indaqs biex jiffjorixxu u jkunu ekonomikament indipendenti, jitħallsu b’mod ugwali għal xogħolhom ta’ valur ugwali, ikollhom aċċess ugwali għall-finanzjament u jirċievu pensjonijiet ġusti. In-nisa u l-irġiel jenħtieġ li jaqsmu b’mod ugwali r-responsabbiltajiet ta’ kura u dawk finanzjarji.

L-għeluq ta’ lakuni bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Iż-żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol għandha impatt qawwi u pożittiv fuq l-ekonomija, b’mod partikolari fil-kuntest ta’ forza tax-xogħol li qed tiċkien u nuqqas ta’ ħiliet. Dan jagħti wkoll is-setgħa lin-nisa biex isawru l-ħajja tagħhom stess, ikollhom rwol fil-ħajja pubblika u jkunu ekonomikament indipendenti.

Ir-rata tal-impjiegi tan-nisa fl-UE llum hija ogħla minn qatt qabel iżda ħafna nisa għadhom jesperjenzaw ostakli biex jidħlu u jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Xi nisa huma strutturalment sottorappreżentati fis-suq tax-xogħol, li ta’ spiss jirriżulta mill-intersezzjoni tal-ġeneru b’kundizzjonijiet addizzjonali ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni bħal appartenenza għal minorità etnika jew reliġjuża jew jekk ikollhom sfond ta’ migranti.

It-titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tal-ħaddiema huwa wieħed mill-modi kif jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li ż-żewġ ġenituri jkunu iħossuhom responsabbli u intitolati għal dak li għandu x’jaqsam mal-kura tal-familja. Id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata tintroduċi standards minimi għal liv tal-familja u arranġamenti tax-xogħol flessibbli għall-ħaddiema, u tippromwovi l-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet ta’ indukrar bejn il-ġenituri.

Il-Kummissjoni se tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw b’mod korrett din id-direttiva sabiex l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jiffjorixxu kemm personalment kif ukoll b’mod professjonali, u tistieden lill-Istati Membri biex imorru lil hinn minn dawn l-istandards minimi fir-reviżjoni tal-politiki tagħhom.

Jenħtieġ li jiżguraw ukoll soluzzjonijiet ta’ kwalità, pereżempju għall-indukrar tat-tfal, li jilħqu wkoll żoni anqas popolati fl-Ewropa. Fi ħdan l-amministrazzjoni tagħha stess, il-Kummissjoni se tippromwovi u tissorvelja l-użu ugwali tal-arranġamenti tax-xogħol flessibbli mill-impjegati kollha.

F’ dan ir-rigward, Pajjizna ghael passi ta’ ggant ‘il quddiem u huwa pijunier fil-for a Ewropea. L-ammont ta’ nisa li rritornaw fid-dinja tax-xoghol, ‘policies’ biex jigi bbriggjat il-gap bejn is-sessi, il-mizuri kontra l-vjolenza domestika u ohrajn, ipoggi lil Pajjizna fost ta’ quddiem nett mill-istati membri, f’ din il-glieda.

L-awtoritjaiet lokali u rgjonali ukoll jistghu joffru hafna f’ dan ir-rigward u linvolivment taghhom huwa krucjali sabiex fuq livell Nazzjonali nilhqu l-miri taghna.

L-edukazzjoni tibqa’ l-bazi ta’ kollox u jekk irridu verament li jkllna cittadini u residenti li verament jiggieldu ghal dawn il-principji, irridu nassiguraw li nkomplu nahdmu mat-tfal taghna billi ninfurmawhom, ninvolvuhom fid-diskussjonijiet u decizjonijiet u ntuhom sens ta’ appartinizmu f’ dak kollu li naghmlu maghhom.

Din hija ricetta li dak li bdejna illum, ikompli jissahhah u jikber fis-snin u fost il-generazzjonijiet li gejjin.

Ekonomija

Sport