Friday, August 7, 2026
Home Sport Żewġ clubs Spanjoli wara s-servizzi ta’ Mason Greenwood

Żewġ clubs Spanjoli wara s-servizzi ta’ Mason Greenwood

0
248

L-attakkant Ingliż Mason Greenwood qed jiġi attirat minn żewġ offerti prestiġġjużi mingħand żewġ klabbs Spanjoli li baqgħu impressjonati bil-wirjiet li qed ikollu ma’ Getafe.

Fil-fatt kemm Valencia kif ukoll Real Sociedad qed jinteressaw ruħhom fih. Ma’ Getafe hu lagħab 11-il darba u skorja erba’ gowls s’issa.

Bosta kritiċi tal-futbol Spanjol faħħru l-wirjiet ta’ Greenwood fejn sostnew li hu ferm improbabbli li hu jirritorna l-Ingilterra ma’ Manchester United.