Saturday, December 28, 2024

L-EKONOMIJA FI ŻMIEN IL-MILIED

Cressida Galea
Cressida Galea
Ekonomista

Aqra wkoll

Ix-xejriet ekonomiċi matul il-perjodu tal-Milied huma mistennija li jwasslu għal ċifri ta’ bejgħ pożittivi li jkomplu jgħinu biex jagħtu spinta lill-ekonomija tal-pajjiż.

Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni ta’ inċertezza li żdiedet b’mod sinifikanti fl-aħħar jiem, xi ekonomisti qed ibassru li minkejja kien hemm żieda fit-tfaddil tal-konsumaturi, hemm il-possibbilt. li l-konsumaturi u l-familji jibqgħu lura mill-infiq sakemm is-sitwazzjoni tal-pandemija terġa’ tistabbilizza. Jekk inħarsu ftit lejn studju riċenti li sar mill-Istitut għall-Istudji Fiskali fl-Ingliterra, ħafna mill-iffrankar li nbena matul il-pandemija se jibqa’ fil-kontijiet bankarji tal-familji Brittanji sakemm il-prospetti ekonomiċi jkunu aktar favorevoli.

L-infiq fiż-żmien tal-Milied huwa indikatur tas-saħħa ekonomika tal-pajjiż. Ekonomija b’saħħitha tiġġenera nfiq fiż-żmien tal-Milied li ħafna drabi huwa akbar minn xhur oħra. Għalhekk numru ta’ ekonomisti jemmnu li ż-żmien tal-Milied huwa żmien fejn ikun hemm infiq staġjonali li jista’ jwassal għal infiq fil-ħela u jneffaħ il-bużżieqa tal-kreditu.

Dan il-ħsieb jirrelata wkoll mat-teorija msejħa “Deadweight loss” li meta lkonsumaturi jħallsu żżejjed għal rigali, speċjalment rigali mhux mixtieqa, dan iwassal sabiex jinqered il-valur ekonomiku ta’ dawk il-prodotti. Apparti dan, il-Milied għandu effetti sekondarji mhux intenzjonati għall-ekonomija li jridu jitħallsu minn xi ħadd.

Fatturi bħal dawn, magħrufa mill-ekonomisti bħala “externalities”, jistgħu jinkludu l-ispiża għall-ambjent tal-ippakkjar u l-plastiks kollha assoċjati ma’ ċelebrazzjoni tipika tal-Milied.

Minkejja din it-teorija, ħafna jaqblu, inkluża jiena, li l-perjodu tal-Milied huwa perjodu ta’ għaqda, ferħ u serenit. fejn matul dan il-perjodu, ħafna familji jinġabru flimkien għall-ikla tradizzjonali, kif ukoll għat-tqassim ta’ rigali għall-membri tal-familja kollha. Apparti minn hekk, speċjalment matul dan il-perjodu ta’ pandemija, l-infiq matul dan iż-żmien jgħin lin-negozji jerġgħu jqumu fuq saqajhom.

L-uffiċċju nazzjonali ta’ l-istatistika ippubblika statistika li turi li ż-żieda fil-prodott domestiku gross, jiġifieri t-tkabbir fl-ekonomija, ġiet minħabba żieda qawwija fis-settur tas-servizzi, partikolarment fl-attivit. tal-konsum lokali u għalhekk tkabbir sostanzjali fid-domanda domestika.

Meta wieħed anke janalizza l-moviment fl-ekonomija li kien hemm matul l-aħħar kwart tas-sena 2020, wieħed jista` jara li fattur importanti li wassal għal dan il-moviment huwa l-konsum lokali minħabba żieda fid-domanda domestika. Għalhekk din iż-żieda hija assoċjata max-xahar tal-bejgħ ta’ Novembru u Diċembru.

Id-domanda domestika u l-konsum privat tal-familji Maltin u Għawdxin kienu fatturi importanti għall-irkpru ekonomiku tal-pajjiż. L-irkupru kien xprunat mid-domanda domestika, bil-konsum privat isservi bħala l-mutur ewlieni biex jirpilja t-tkabbir u linvestiment.

Mir-riċerka ppubblikata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq il-prospetti għall-Ekonomija Maltija: 2021:2023, il-konsum privat fl-2022 huwa mistenni li jżid. Barra minn hekk,

minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet relatati fuq il-mobilit. u l-ivjaġġar, żdied ittfaddil li huwa mistenni li jonqos la darba l-inċertezza tonqos. Għaldaqstant it-tkabbir ekonomiku previst għas-sena d-dieħla mistenni jkun xprunat minn domanda domestika, speċjalment mill-konsum privat li mistenni jikber b’4.0%.

Dawn il-prospetti juru kemm verament is-sentiment tal-konsumatur baqa’ pożittiv anke matul il-pandemija, primarjament minħabba l-kredibbilt. ta’ Gvern Laburista. Dan il-Gvern ma adottax politika ta’ awsterit., iżda ħa d-direzzjoni għal politika ekonomika msejsa fuq il-ħolqien tal-ġid. Din il-kredibilità hija mibnija fuq il-fiduċja tal-poplu fid-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista. Il-Gvern Laburista huwa l-gvern tal-lum u l-gvern tal-futur li għandu l-kapaċità li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika u jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu.

Ekonomista u Kandidata f’isem il-Partit Laburista fuq l-ewwel distrett

Ekonomija

Sport