Friday, April 19, 2024

Jitwaqqfu ċ-ċekkijiet taħt €20 u dawk aktar minn €5,000 iridu jiġu depożitati f’kont bankarju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn għada jidħlu fis-seħħ direttivi ġodda dwar iċ-ċekkijiet personali u bankarji maħsubin biex jirregolarizzaw aktar l-użu tagħhom u tonqos il-possibilità li jintużaw għal ħasil ta’ flus. Il-ħsieb huwa li dawn id-direttivi jinċentivaw lin-nies jagħmlu użu minn metodi ta’ pagamenti elettroniċi.

Fost l-oħrajn dawn id-direttivi se jkunu qegħdin jeliminaw ċekkijiet li-ammont tagħhom huwa ta’ anqas minn €20 u dawk li jaqbżu l-€5,000 ma jistgħux jissarrfu fi flus kontanti iżda jridu jiġu ddepożitati f’kont bankarju. Minkejja dan, ċekkijiet b’ammonti inqas minn €20 li nħarġu sal-aħħar tas-sena li għaddiet se jibqgħu jissarrfu skont id-data ta’ skadenza tagħhom.

Mil-lum, iċ-ċekkijiet kollha għandhom jinħarġu bħala ċekkijiet ‘only’ u dan ifisser li dawn iċ-ċekkijiet ma jkunux trasferibbli għal persuni oħra.

Il-banek se jkunu qegħdin ikomplu jagħmlu enfasi fuq l-użu tal-ATMs bil-għan li jnaqqsu l-għadd ta’ persuni li jeħtieġu servizzi personalizzati, iżda għandhom l-obbligu li jipprovdu servizzi ta’ depożitu ta’ flus kontanti għall-klijenti li m’għandom l-ebda alternattiva oħra bħalma hu l-użu tal-ATMs.

Sport