Tuesday, April 23, 2024

Jitneħħa l-kantun li kien qiegħed jikkawża periklu fi Triq f’Birkirkara

Aqra wkoll

Qarrejja tagħna ġibdulna l-attenzjoni dwar periklu li kien hemm aktar kmieni dalgħodu fi Triq Dun Karm Psaila f’Birkirkara.

F’ritratt mibgħut lil dan is-sit kien jidher xi kantun li kien qiegħed jostakola t-triq wara li x’aktarx xi vettura ħabtet ma’ dan iċ-ċint fl-aħħar sigħat.

Ritratt mibgħut lil dan is-sit aktar kmieni kien juri kantun li kien qiegħed jostakola l-imsemmija Triq

Il-fotografu tagħna żar il-post u kkonferma li l-kantun li kien hemm fin-nofs tneħħa mal-ġenb x’aktarx minn xi persuni li għaddew minn hemmhekk qabel.

Intant il-Pulizija kkonfermat ma’ Talk.mt li ma daħlilha l-ebda rapport b’rabta ma’ dan l-inċident.

Sport