Saturday, April 27, 2024

“Nista’ nsejjaħ rikreattiva xi ħaġa li tkissirni, iġġennini jew tbattali l-but?” – L-Arċisqof Scicluna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa fl-okkażżjoni tal-ewwel jum tas-sena, l-Arċisqof Charles Scicluna  mid-Dar tal-Providenza tkellem dwar l-koridinazzjoni bejn l-imħabba u l-ħniena.

Scicluna f’messaġġ qasir qal li bħala bnedmin nagħżlu li nagħmlu rikreazzjoni biex insibu l-paċi f’qalbna, iżda spjega li jeħtieġ li xi ħaġa rikreattiva tkun xi ħaġa li tibnina u tagħtina bidu ġdid.

“Nista’ jien nagħżel xi ħaġa rikreattiva li tkissirni, iġġennini jew tbattalli l-but u lil missieri u lil ommi ġġibilhom wara l-bieb tad-dar trakk inkwiet? Tkun xi tkun. Jekk hi droga, jekk hi alkoħol, jekk hi xi ħaġa li qiegħda tagħmilli l-ħsara m’hemmx fiha s-sigriet tal-paċi”, sostna Scicluna.

Huwa qal dan b’rabta mal-liġi tal-użu responsabbli tal-kannabis għal użu responsabbli tagħha.

L-Arċisqof ma naqasx milli jiftakar fil-morda u fil-mument tat-talb għamel ħsieb dwar iż-żgħażagħ li jaffaċċjaw numru ta’ sfidi fil-ħajja ta’ kuljum.

Intant huwa tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija, fakkar il-vittmi tal-pandemija u mill-ġdid appella biex in-nies tkompli titlaqqam kontra l-virus tal-Covid-19.

Sport