Saturday, May 4, 2024

L-ekonomija Maltija tikber b’9% fit-tieni kwart tas-sena

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bejn April u Ġunju ta’ din is-sena, l-ekonomija Maltija kibret bi kważi 9%. Dan huwa l-akbar tkabbir ekonomiku reġistrat fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea u aktar mid-doppju tal-medja Ewropea. 

Dawn ir-riżultati ħarġu minn statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fejn intqal li l-Prodott Domestiku Gross (GDP) għat-tieni kwart tas-sena kien jammonta għal €4,100.4 miljun, li jfisser żieda ta’ €526.6 miljun jew 14.7% meta mqabbel mal-istess kwart tal-2021.

Il-kontributuri ewlenin wara ż-żieda fil-GDP kienu l-attivitajiet relatati mas-servizzi u l-industrija, b’mod partikolari s-setturi tal-ikel u l-akkomodazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni, kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tiswijiet ta’ vetturi u muturi, arti u divertiment fost oħrajn.

It-taxxi netti fuq il-prodotti kkontribwew b’mod pożittiv lejn it-tkabbir fil-GDP, b’żieda ta’ 8.2% f’termini ta’ volum.

Sport