Tbassir uffiċjali Russu juri li l-ekonomija tal-pajjiż se tiċkien b’aktar minn għaxra fil-mija din is-sena, qal eks ministru tal-finanzi, hekk kif is-sanzjonijiet internazzjonali qed iħallu impatt negattiv fuq il-produzzjoni.
Il-ministeru tal-finanzi u l-ministeru tal-iżvilupp ekonomiku qed jivvalutaw it-tnaqqis tal-prodott gross domestiku din is-sena. Dan ġie rappurtat li qalu Alexei Kudrin f’laqgħa li saret ilbieraħ tal-kumitat tal-baġit tal-Kunsill tal-Federazzjoni li skont l-aġenzija tal-aħbarijiet Interfax, Kurdin qed ibassar li t-tnaqqis se jvarja minn 8 fil-mija għal aktar minn 10 fil-mija.
Is-sena li għaddiet l-ekonomija tar-Russja rnexxielha tegħleb l-aspettattivi li tespandi 4.7 fil-mija.
Alexei Kudrin, avukat tar-riformi ekonomiċi u legali, ilu jmexxi l-Kamra tal-Awditjar, li hi għassiesa tal-baġit li tirrapporta lill-parlament, sa mill-2018.
L-ekonomija qed tissielet wara li l-komunità internazzjonali imponiet sanzjonijiet fuq ir-Russja minħabba l-invażjoni tagħha tal-Ukrajna. Il-Bank Dinji jbassar li l-prodott gross domestiku se jonqos bi 11.2 fil-mija fl-2022.
It-tnaqqis se jaffettwa l-baġits tar-Russja għalkemm Kudrin wiegħed li l-baġit federali jipprovdi għajnuna lir-reġjuni li qed jitħabtu.