Sunday, November 24, 2024

L-ekonomija taċ-Ċina tikber aktar malajr milli mistenni

Aqra wkoll

L-ekonomija taċ-Ċina bdiet is-sena 2024, aktar b’saħħtitha milli mistennija. Dan minkejja l-kriżi fis-settur tal-proprjetajiet fil-pajjiż. Skont dejta uffiċjali, il-prodott gross domestiku (PGD) kiber b’5.3% fl-ewwel tliet xhur tal-2024, meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena ta’ qabel.

Ix-xahar li għadda, Beijing stabbilixxa mira ambizzjuża ta’ tkabbir annwali għat-tieni l-akbar ekonomija fid-dinja ta’ madwar 5%. Id-dejta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NBS) wriet ukoll it-tkabbir tal-bejgħ bl-imnut tal-ewwel kwart tal-2024, fiċ-Ċina niżel għal 3.1%.

Iċ-ċifri ħarġu hekk kif iċ-Ċina qed tkompli tissielet mal-kriżi tas-suq tal-proprjetà li għaddejja bħalissa. Dan hekk kif, skont il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), dan is-settur jammonta għal madwar 20% tal-ekonomija.

Għal għexieren ta’ snin l-ekonomija Ċiniża espandiet b’rata tajba, b’ċifri uffiċjali li jpoġġu l-PGD tagħha bħala wieħed li jikber b’medja ta’ qrib l-10% fis-sena.

Sport