Monday, April 29, 2024

Sirjan jinżamm taħt probation wara li ammetta li hedded lilll-eks-sieħba

Aqra wkoll

Sirjan ta’ 56 sena, residenti Marsaskala u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, tpoġġa taħt ordni ta’ probation għall-perjodu ta’ tliet snin wara li ammetta li nhar is-Sibt li għadda u jiem qabel hedded lill-eks sieħba tiegħu bi kliem iebes.

Fil-Qori, is-Sirjan ammetta wkoll li bl-aġir tiegħu pprovoka lill-eks sieħba. Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audey Micallef spjegat li l-akkużat kkaġuna biża’ wkoll lit-tifla tal-vittma.

Il-Qorti pproseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo laqgħet talba għal ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma għal perjodu ta’ tliet snin u poġġiet lill-akkużat taħt ordni ta’ probation.

Id-Difiża f’dan il-każ tmexxiet mill-Avukati Joseph Giglio u Michaela Giglio. L-Avukat Edmond Cuschieri deher bħala parte civile fil-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport