L-eks attakkant ta’ AC Milan Luiz Adriano irritorna f’pajjiżu fil-Brażil sabiex imur jilgħab ma’ International de Porto Alegre.
Il-klabb Brażiljan kiteb nota fuq il-profil tiegħu fuq Facebook fejn ta merħba lil dan il-plejer li kien ilu nieqes minn Porto Alegre għal dawn l-aħħar sittax-il sena. Hu ffirma kuntratt sa Ġunju 2024.
Dan l-aħħar, Luiz Adriano kien qed jilgħab ma’ Antalyaspor fit-Turkija.