Tuesday, May 21, 2024

Axel Witsel se jġedded ma’ Atletico Madrid 

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Belġjan, Axel Witsel, se jkun qed jilbes il-flokk ta’ Atletico Madrid anke matul l-istaġun li ġej.  

Kien l-istess plejer internazzjonali mill-Belġju li ħabbar dan kollu hekk kif qal li jinsab ferm kuntent jilgħab f’Estadio Wanda Metropolitano.  

Witsel ingħaqad ma’ Atletico Madrid fil-bidu tas-sajf l-ieħor u ffirma kuntratt ta’ sena għalkemm hu beħsiebu jġeddu sas-sena 2024. S’issa hu lagħab 28 darba bejn La Liga, Copa del Rey u UEFA Champions League.  

Sport