Monday, April 29, 2024

Chelsea jsejħu laqgħa urġenti 

Aqra wkoll

L-ogħla awtoritajiet ta’ Chelsea mmexxija mid-direttur tekniku Andy Vivell sejħu laqgħa urġenti minħabba s-sitwazzjoni li għaddej minnha l-klabb bħalissa.  

Fil-fatt minkejja li fil-bidu ta’ dan l-istaġun neħħew lill-kowċ Thomas Tuchel sabiex minfloku ħatru lil Graham Potter, ir-riżultati ma waslux u dan qanqal lill-klabb sabiex isib it-triq ‘il quddiem.  

Minkejja kollox, f’din il-laqgħa ma kienx preżenti s-sid Todd Boehly li kien indispost. Bosta partitarji tal-klabb qed iwaħħlu f’dan tal-aħħar li bħal donnu mhux jagħti kas biżżejjed il-bżonnijiet tat-tim.  

Sport