Tuesday, December 24, 2024

L-eks player ta’ Chelsea u Newcastle, Christian Atsu, maqbud taħt it-tifrik tat-terremot li laqat it-Turkija

Aqra wkoll

L-eks winger ta’ Chelsea u Newcastle United, Christian Atsu, huwa rrappurtat li jinsab maqbud taħt it-tifrik tat-terremot traġiku fit-Turkija.

Huwa rrappurtat li bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ biex jinstab l-internazzjonali tal-Ghana wara li t-Tnejn inqabad taħt it-terrapien kawżat mit-terremot.

Atsu, ta’ 31 sena, ingħaqad mal-club tas-Super Lig, Hatayspor, minn dak, Sawdi Al-Raed, fis-sajf li għadda.

U diversi membri tat-team il-ġdid tiegħu kellhom jiġu salvati minn djarhom minn membri tas-salvataġġ  wara li t-terremot seħħ fl-4.00 am ħin lokali.

Iżda huwa mifhum li Atsu u d-direttur sportiv ta’ Hatayspor, Taner Savut, għadhom neqsin taħt it-tifrik fid-djar rispettivi tagħhom.

It-terremot laqat ħafna f’Kahramanmaras, fejn hemm ibbażati Hatayspor.

Żewġ players u membri tal-istaff tekniku “inħarġu minn taħt il-ġebel” f’diversi operazzjonijiet ta’ salvataġġ.

U l-isforzi għadhom għaddejjin biex jinstabu Atsu u Savut. Atsu mhuwiex l-uniku player nieqes, fejn qed issir tfittxija wkoll għall-goalkeeper ta’ Yeni Malatyaspor, Ahmet Eyup, jinsab nieqes ukoll. 

Aktar minn 1,600 persuna huma maħsuba li mietu fit-terremot li laqat lit-Turkija fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Ekonomija

Sport